Introduction of divorce

Sunday, April 13

Xarabank and the Internet


I posted this on their forum under the "Tista tghix minghajr Internet?" thread:

Il-programm tal-bierah ma kienx dwar l-internet, kien dwar il-hsara li tista ssir minhabba l-internet. Programm one-sided ghall-ahhar. Gibtu 500 persuna titkellem kontra l-internet u ma kienx hemm persuna imgiddma fil-panel favur. Forsi kien hemm 10 minuti f'programm shih fejn xi affarijiet fejn l-internet jghinna (ahna li nafu nuzawh) kuljum gew imfahhrin.

+Tparla ma nies imsiefrin minghajr ma ttellgha kont tat-telefon enormi.
+Chatting ma hbieb u ma nies li ssir taf ghax ghandhom l-istess interessi tieghek. (Misskom gibtu heart-breaking story ta' wiehed misthi li rabba kuragg isir iktar socjevoli minhabba l-esperjenza li gab meta tkellem ma nies online. Kif tista ma ccempilx?)
+Enciklopediji infiniti dwar kull suggett available at the click of a mouse, flok tmur il-libererija pubblika u ma ssib xejn dwar is-suggett li ghazilt.
+Miljuni ta' nies f'forums fejn tista titkellem u titghallem minn ghandhom dwar id-delizji tieghek, li forsi f'Malta m'humiex komuni.
+Blogging, fejn wiehed jista jesprimi ruhu pubblikament.
+Internet shopping, fejn tixtri l-affarijiet b'nofs il-prezz li jiguk fil-hwienet Maltin.
+Internet banking
etc etc etc etc lista infinita...

Intkom ta' Xarabank flok taghmlu programm dwar Paceville taghmlu programm fuq tfajliet ta' 14 il-sena jsiru hara u jmorru ma dak u mal-iehor. Flok taghmlu programm dwar l-internet, taghmlu programm ta' saghtejn dwar pornografija, pedofili, u scams. Gibtu jesus-freak tghid li hadet skandlu ghax fil-google telghulha 4 links ghall-porn sites - mara patetika. Programmi ta' dan it-tip waqfu jsiru l-Amerka fin-1998. Il-media qeghda 10 snin lura biss hawn Malta.

LE, ma nghix minghajr internet jien. Thank you talli pruvajtu tghaddu l-internet bhala one, big playboy website.

Addendum: Malta ranks last in internet usage.

5 comments:

ninuhadida said...

hehe jien qas biss indenjajt narah ghax kont naf x inhu gej. dejjem l istess storja, biex ibezzghu in nies.

dwardu said...

Jien ma rajtux Keith, allura se noqgħod fuq id-deskrizzjoni tiegħek.

Ħwejjeġ ma jitwemmnux. Flok użaw dik l-islot biex jfissru l-Internet lin-nies li ma jafux, jispjegawlhom x’inhu email, il-kunċett ta’ web address, ta’ link, imbagħad jispjegawlhom x’inhu blog, x’inhu eBay, x’inhu Amazon, x’inhu PayPal, x’inhu Facebook, x’inhu Google, x’inhu YouTube, (forsi, min jaf, anka x’inhu RSS feed!). Imbagħad forsi kien jiġi xi espert u jagħmel intervent qasir jispega t-teknoloġija wara dan kollu…

Kif tista’ tkun kontra l-Internet? Boqq. Għax hemm il-porn? So what? Tarahx!

Jien għamilt egħxieren ta’ eluf ta’ tfittxijiet bil-Google, u qatt ma telgħali xi sit pornografiku meta fittixt għal xi ħaġa li ma tistax tiġi interpretata pornografikament. Min ġralu hekk, probabbilment għax ma jafx jifformula sew il-mistoqsija tiegħu, u x’aktarx huwa wieħed minn dawk li anka fil-ħajja reali huwa naïve u ma jindunax meta jkun qed jgħid l-affarijiet li ovvjament se jiġu mifhuma f’tieni sens.

KEITH CHIRCOP said...

Tifhmunix hazin, tajjeb li in-nies isiru jafu bil-hsara li tista ssir fuq l-internet, imma il programm ma kienx jismu "Il-hsara..." mela suppost gabu l-affarijiet posittivi. The good by far outnumbers the bad, mela hekk kellu jkun imqassam il-programm ukoll.

Imbilli bejn is-sezzjoni dwar il-porn u is-sezzjoni dwar l-internet scams gabu rokna ta' 5 minuti dwar mara u ragel li iltaqghu online u izzewgu ma wasalna mkien, nies.

Andre said...

Jien nispera biss li ma jkunx hemm programmi bhal dawn li bl-iskuza taghhom tiddahal ic-censure fuq l-internet.

Jien ma rajtux Xarabank. Ovvjament tajjeb li jgibu l-affarijiet hziena li hemm; pero hemm hafna izjed pozzitiv min negattiv.

Insomma, Xarabank hu dak li hu. Mhux qieghed hemm biex iqaqal diskussjoni, imma sempliciment biex sena wara sena, jigi ivvutant "l-aktar programm segwit".

Animal Rights Malta said...

Jekk il-programm kien hekk, mela ma tlift xejn.

Min telghawlu siti pornografici li ma fittixx hu stess, sinjal li ma ghandux installat programmi li jibblukkaw dawn is-siti.

Fi programmi bhal dawn, vera tohrog l-injoranza ta certu nies.

Do you pay attention to TV adverts?